Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Tixtieq tistaqsi mistoqsija lill-Prim Ministru?

Michela Catania  -  14/11/17 09:47 AM

In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili ħabbret inizjattiva ġdida li permezz tagħha l-pubbliku jkun jista’ jressaq mistoqsijiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat permezz ta’ formola onlajn.

L-għan tan-Netwerk huwa li joħloq pont ta’ djalogu bejn il-Prim Ministru u l-pubbliku, li jkun jista’ jagħmillu mistoqsijiet b’mod anonimu.

Wara li jintbagħtu lin-Netwerk, il-mistoqsijiet isiru pubblikament lil Dr Muscat.

In-Netwerk qalet fi stqarrija li ħadet dan il-pass wara li skontha l-Prim Ministru bblokkjaha mill-profil tiegħu ta' Twitter, u għalhekk kellha ssib mezzi oħra ta’ kif tikkomunika miegħu.

Wieħed jista’ jsib il-formola hawn.

Xandira Diretta mill-Parlament Ewropew fuq Newsbook.com.mt għada fit-3pm from NewsBook.com.mt on Vimeo.