Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Il-kanċer joqtolha 3 xhur wara t-tieġ

Charmaine  Attard   -  17/11/17 02:43 PM

Leah Debono, tfajla ta’ 29 sena li tgħix f’New South Wales fl-Awstralja, mietet tliet xhur biss wara t-tieġ tal-ħolm tagħha.

Ġimgħa qabel it-tieġ, lil Leah qalulha li ħelset mill-kanċer, iżda fi kliem il-familja tagħha, it-tobba ‘ngannawha’ meta qalulha li l-boċċa li kellha f’dirgħajha ma kinitx perikoluża.

Ben Debono, l-armel ta’ Leah, tkellem dwar martu f’intervista waqt il-programm 60 minutes fuq stazzjon Awstraljan.

Irrakkonta kif huma żżewġu f’Ottubru 2016 u Leah mietet f’Jannar ta’ din is-sena wara li l-kanċer infirxilha f’moħħha, fil-fwied, fil-pulmun u fl-għadam.

Leah kienet ilha ttabbab mill-2012. Il-boċċa tneħħitilha, imma aktar tard instab li kellha melanoma.  Din tneħħitilha, bit-tobba jwissuha li hemm 30% ċans li l-kanċer jerġa’ jitfaċċa.

Ben spjega kif meta żżewġu, probabbli kellha kanċer f’moħħha. Wara t-tieġ, bdiet tbati minn uġigħ ta’ ras u għajja kbira.  Raha tabib,  li minkejja l-passat tagħha, qalilha li dan kien kawża tal-istress.

Ftit ġimgħat wara kkrollat - “la setgħet tħares u lanqas titkellem” minħabba t-tumur massiv f’moħħha.

L-armel ta’ Leah issa qed idur l-Awstralja biex ikabbar l-għarfien dwar il-kanċer. Huwa se jitlaq mix-xogħol u se  jbigħ anke d-dar fejn kienu joqogħdu.

Dalwaqt il-Fun Run! from NewsBook.com.mt on Vimeo.