Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: Jimxu flimkien għall-karità

19/11/17 09:35 AM

Ġiet fi tmiemha l-President’s Solidarity Fun Run b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) li għaliha qed jattendu eluf ta' persuni, min miexi u min jiġri.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet ukoll li l-għan tal-Fun Run ta' din is-sena se jkun ukoll li tippromwovi l-eżerċizzju u stil ta’ ħajja b’saħħitha fost il-Maltin u l-Għawdxin, hekk kif statistika maħruġa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wriet li r-rata ta’ obeżità fil-Gżejjer Maltin hija fost l-ogħla fl-Ewropa.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia telqu minn Santa Venera u mexjin sal-Belt Valletta.

Dawk li jifilħu iżjed u ddeċidew li jiġru, telqu mis-Saqqajja r-Rabat.

Ir-raġel tal-President, Edgar Preca telaq bil-mixi minn Raħal Ġdid.

Il-parteċipanti kollha ltaqgħu l-Belt għall-ħabta tal-11:00am fejn imbagħad inġabru kollha f’Pjazza San Ġorġ.

Il-President, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni indirizzaw lill-folla preżenti u waslu lkoll messaġġ wieħed ta' għaqda u appell biex fl-Istrina ta' din is-sena l-poplu Malti jerġa' juri l-qalb kbira tiegħu.

Ibgħatilna r-ritratti tiegħek waqt il-mixja fuq info@newsbook.com.mt