Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ir-rebbiegħa fil-ħarifa

Leon  Xuereb  -  19/11/17 08:05 PM

Ir-rebbiegħa fil-ħarifa. Hekk se jkun karaterizzat it-temp fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif minn għada l-Gżejjer Maltin se jesperjenzaw temp xemxi, xi ftit sħun u b'żiffa ħafifa kultant.

Skont is-sit tat-tbassir tat-temp Gozo Weather Page dan se jkun riżultat ta’ antiċiklun fuq il-punent tal-Mediterran li se jestendi għal fuq iċ-ċentru u l-lvant tal-Mediterran fil-jiem li ġejjin.

B’hekk il-maltemp kollu se jdur lejn il-Gżejjer Brittaniċi u l-Iskandinavja.

Ir-rapporti qed jindikaw li r-reġjun tal-Mediterran, inkluż il-Gżejjer Maltin, se jesperjenzaw perjodu twil ta' temp sabiħ u xemxi b'temperaturi komdi matul il-jum u temperaturi aktar friski matul il-lejl.

Ir-riħ se jkun il-biċċa l-kbira ħafif filwaqt li m'għandniex nistennew l-ebda xita mifruxa.

Il-mewġa li jmiss ta' maltemp għandna nistennewa lejn l-ewwel jiem ta' Diċembru.

Ritratt: Darryl John Portelli