Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Klopp ferm kuntent b’Salah

Cristian  Muscat  -  19/11/17 08:19 PM

Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp huwa ferm sodisfatt bil-wirjiet illi qed jagħti l-attakkant Eġizzjan tagħhom Mohammed Salah.

F’kumment illi ta lill-istazzjon Sky Sports wara l-partita li Liverpool rebħu bl-iskor ta’ 3-0 kontra Southampton, il-kowċ Ġermaniż qed iħeġġeġ lil Salah jibqa’ għaddej b’din il-forma sabiex ikompli jtella’ lit-tim aktar skaluni fil-klassifika.

L-Eġizzjan ta’ 25 sena qed jiġi kkunsidrat bħala l-akbar akkwist tal-istaġun meta skorja l-14-il gowl tiegħu fi 18–il partita li lagħab mar-Reds.

Apparti minn hekk, Salah diġà kiser rekord li skorja disa’ gowls fl-ewwel 12-il partita tiegħu li kien jappartjeni lil Robbie Fowler madwar għoxrin sena ilu.

Mohammed Salah ingħaqad ma’ Liverpool minn ma’ Roma għas-somma ta’ £35miljun.