Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-Orkestra Nazzjonali se torganizza l-ewwel kunċert f'Għawdex

20/11/17 09:33 PM

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt il-bakketta tad-direttur mużikali Ingliż Wayne Marshall se tesegwixxi kunċert storiku f’Għawdex nhar is-Sibt.

Għalkemm ġieli daqqet f’kunċerti f’Għawdex, dan se jkun l-ewwel kunċert f’Għawdex organizzat mill-Orkestra Nazzjonali u se jsir fit-Teatru Astra.

Mal-Orkestra se jingħaqad iċ-ċellist mill-Armenja Narek Hakhnazaryan, li rebaħ il-medalja tad-deheb għad-daqq fuq iċ-ċello fil-konkors prestiġjuż International Tchaikovsky Competition tal-2011.

Mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jesegwixxi Variations on a Rococo Theme ta’ Tchaikovsky, xogħol għaċ-ċello u l-orkestra li juri b’mod ċar il-ġibda kbira ta’ dan il-kompożitur Russu għall-mużika klassika ta’ qablu, partikolarment dik ta’ Mozart.

Fil-kunċert sejrin jindaqqu wkoll xogħlijiet ta’ żewġ kompożituri Russi oħrajn, Festive Overture ta’ Shostakovich u t-Tieni Sinfonija ta’ Rachmaninoff.

Il-kunċert jibda fit-20.00 u l-biljetti jistgħu jinxtraw minn showshappening.com.