Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

X’qalet Miss World Talent ma’ Newsbook?

30/11/17 07:16 PM

Aktar kmieni dan ix-xahar Michaela Galea rebħet il-kompetizzjoni Miss World Talent, parti mill-konkors Miss World li sar fiċ-Ċina. 

Issa li rritornat Malta, Michaela tkellmet ma’ Newsbook.com.mt dwar din l-esperjenza bħala l-ambaxxatriċi għal Malta. 

Michaela sostniet kif esperjenza bħal din għenitha sabiex tkun aktar indipendenti, l-ewwel nett għaliex din marret iċ-Ċina weħidha u anke għax b’sens ta’ responsabbiltà, il-mudella kellha tipprepara l-ilbies, il-make-up u kollox għal rasha. Fuq kollox, fi kliem Michaela, din l-esperjenza għenitha wkoll tkun aktar umli, speċjalment hekk kif din kienet fil-preżenza ta’ ħafna nies differenti għal tul ta’ żmien. 

Dwar il-kompetizzjoni din qalet li Miss World mhix kompetizzjoni bbażata fuq sbuħija biss iżda fuq “Beauty with a purpose”. Fi kliemha, is-sbuħija mhux biss minn barra imma anke minn ġewwa, u li wieħed jgħin lil ħaddieħor. Michaela qalet ukoll li skont hi, “is-sigriet biex tirnexxi fil-ħajja huwa li kemm jista’ jkun tkun awtentika miegħek innifsek u ma tinbidel għal ħadd… l-anqas quddiem il-kameras!”.

Bħala role models fil-ħajja tagħha, Michaela qalet li għaliha l-familja, speċjalment il-ġenituri, huma dawk li l-aktar jagħtuha pariri f’kull qasam tal-ħajja u li jispirawha, minbarra s-sapport u l-kuraġġ kontinwu. 

Segwi l-kumplament tal-intervista fil-filmat.