Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Id-dyslexia u t-tfal: 4 modi kif jistgħu jitgħallmu aħjar

06/11/17 05:00 PM

It-tfal li jbatu mid-dyslexia jista' jkollhom diffikultajiet biex jitgħallmu stampi li jirrappreżentaw kliem. Dan għaliex xi wħud minn dawn il-kliem ma jsegwux ir-regoli tal-ortografija. Kif nistgħu ngħallmuhom aħjar?

  1. Idħol aktar fid-dettall

Tfal b'diffikultajiet fil-qari jeħtieġu l-għajnuna meta wieħed iqis id-dettalji kollha f'kelma ġdida - speċjalment jekk il-kelma għandha ortografija mhux tas-soltu. Ibda billi l-ewwel turi l-kelma lit-tifel jew lit-tifla, imbagħad aqraha. Wara, staqsihom biex jgħidu l-ittri fil-kelma: ibda bil-vokali, imbagħad l-ittra tal-bidu, tan-nofs u tat-tmiem. Dan jgħin biex wieħed janalizza l-kelma u jipproċessaha fid-dettall.

  1. Uża l-memorja

Il-memorja hija għodda utli li nistgħu nużaw biex nitgħallmu, per eżempju permezz tal-mnemoniċi fejn it-tfal joħroġu b'xi rima li tinkludi din l-kelma, jew xi ħaġa li hi tassoċja ma' dik il-kelma. Per eżempju, “Marzu marzellu in-nanna taħraq sar-rixtellu”.

  1. Pinġiha!

Għal ħafna nies, huwa aktar faċli li taħseb permezz tal-viżwal. Bl-istess mod, huwa aktar faċli biex wieħed jassoċja kelma ma’ stampa. Għamel dan billi fuq naħa waħda tal-kartuna tikteb l-ittra u fuq l-oħra tpenġi x-xena jew l-oġġett li tispjega din il-kelma. Bil-mod il-mod, ibda naqqas id-drabi li t-tfal jaraw l-istampa.

  1. Biddel il-post fejn isir it-tagħlim

Ir-riċerka turi li tfal bid-dyslexia jitgħallmu l-aħjar meta jinvolvu s-sensi. Attiva s-sensi tat-tifel jew it-tifla billi tuża karta strazza biex dawn jitraċċaw l-kelma bil-lapes. Wara ftit ripetizzjoni, għidilhom biex jiktbu l-kelma fl-arja jew b’subajhom fuq xi mejda. Fl-aħħar nett, ipprova ikteb fuq il-karta.

Kun af aktar hawn: https://goo.gl/UrE72i 

Jinterressak tagħrif bħal dan? Tixtieq tikkontribwixxi? Ibgħatilna imejl fuq news@newsbook.com.mt