Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Imfakkra d-domma tal-fidi pproklamata minn Papa Piju XII

07/11/17 10:37 PM

Il-Banda Ċittadina Leone għal sena oħra organizzat il-kunċert ‘Leone Band in Concert’, kunċert li issa daħal sew fil-kalendarju kulturali ta’ ħafna Għawdxin u anke bosta Maltin u barranin.

Dan jikkonsisti minn programm mużikali li sena wara sena ifakkar meta fl-1 ta’ Novembru 1950, il-Papa Piju XII kien ipproklama t-tlugħ fis-sema ta’ Marija bħala domma tal-fidi. Kien propju 67 sena ilu, li  l-Banda Leone ċċelebrat din il-ġrajja bi program mużikali fi Pjazza Indipendenza, liema programm baqa’ jsir annwalment sal-lum. 

Il-programm fetaħ bl-innu marċ Lil Santa Marija Assunta, xogħol tas-Surmast Vincenzo Ciappara u kompla b’bosta siltiet mill-aktar magħrufa fosthom siltiet mill-opri Cavalleria Rusticana u Pagliacci u anke siltiet mill-kompożitur Russu Tchaikovsky, fost bosta siltiet oħra. 

Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard bid-daqq tal-Innu tal-istess Banda Il Leone jwassal is-serata fi tmiemha.