Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Raġel jitqabad ma' iben Daphne ħdejn il-karrozza sploduta

Christoph  Schwaiger  -  07/11/17 10:32 PM

Ftit minuti wara li splodiet il-karozza ta’ ommu, Matthew Caruana Galizia allegatament ġie aggredit minn raġel li kien qed jieħu r-ritratti tat-tifrik. Dan wara li Caruana Galizia pprova jneħħilu l-mowbajl minn idejh.

Fis-sit tiegħu, il-blogger Manuel Delia żvela kif it-tifel tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, qallu li raġel li kien qed isuq fil-post fil-ħin tal-isplużjoni, ħareġ mill-vettura tiegħu u beda jiġbed ir-ritratti ta’ dak li kien qed jara bil-mowbajl. 

Skont dak li kiteb Delia, hekk kif ir-raġel kien se jitlaq minn fuq il-post, il-Pulizija qalulu li seta’ jmur u li “m'hemmx problema”. Caruana Galizia qal lil Delia, li lir-raġel, il-Pulizija ma staqsewhx mistoqsijiet u lanqas żammewh milli jitlaq, biex ikunu jistgħu jżommu kull tip ta’ evidenza jew xhieda fuq il-post.

Skont Delia, Caruana Galizia qal lill-Pulizija li r-raġel kien ħa xi ritratti. Jidher li Caruana Galizia mbagħad ipprova jkisser il-mowbajl biex ikun hemm raġuni għalfejn il-Pulizija jkollhom iżommu lir-raġel.

Wara li l-iskrin tal-mowbajl inkiser, ir-raġel ħareġ mill-vettura tiegħu u ta daqqa ta’ ponn lil Matthew Caruana Galizia. Delia żied jikteb li r-raġel baqa’ jipprova jattakka lil Caruana Galizia u li kellhom iżommuh iż-żewġ pulizija li kienu fuq il-post.

Jidher li l-Pulizija żammewh għal madwar siegħa sakemm imbagħad ħallewh jitlaq.

Ritratt: Arkivji