Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Air Malta: Titjiriet ġodda għal barra mill-Ewropa

09/11/17 05:01 PM

L-Air Malta ħabbret titjiriet diretti ġodda lejn tliet destinazzjonijiet: Casablanca, Venezja u San Pietruburgu għas-sajf 2018.

L-Air Malta se tinawgura servizz skedat ġdid ta’ darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis, biex tirritorna lejn waħda mill-iktar ibliet importanti tal-Afrika u l-ikbar belt tal-Marokk, Casablanca. L-Air Malta qed terġa’ tibda bis-servizzi tagħha lejn Casablanca wara nuqqas ta’ madwar 10 snin.

Mis-26 ta’ Marzu 2018, l-Air Malta se terġa’ tibda ttir ukol lejn Venezja, waħda mill-iktar ibliet romantiċi u inkantevoli fid-dinja. Il-linja tal-ajru Maltija se ttir lejn l-Ajruport Marco Polo ta’ Venezja darbtejn fil-ġimgħa kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Sibt.

L-Air Malta se tibda topera servizz skedat darbtejn fil-ġimgħa lejn San Pietruburgu, ir-Russja, kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Sibt mid-29 ta’ Marzu 2018. L-iskeda tat-titjiriet lejn il-belt se tikkomplimenta s-servizz ta’ tliet darbiet fil-ġimgħa lejn il-belt kapitali Russa, Moska, li se jiżdied għal skeda tat-titjiriet ta’ erba’ darbiet fil-ġimgħa fl-eqqel perjodu tas-sajf.