Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Ħabib ġdid għat-tfal biex jgħinhom fil-qari

Christoph  Schwaiger  -  09/11/17 12:27 PM

It-tfal tal-iskola tal-Primarja ta’ San Ġwann issa għandhom ħabib ġdid biex jgħinhom jegħlbu l-isfida tad-diffikultajiet fil-qari.

Wara żjara mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fl-iskola, il-kap tal-iskola David Caruana ħa l-inizjattiva biex it-tfal ikollhom l-opportunità jibdew jaqraw quddiem il-kelb.

Il-benefiċċji ta’ dan il-programm tal-qari quddiem il-klieb huma bosta. Meta t-tfal jaqraw quddiem kelb, ma jħossuhomx iġġudikati minn sħabhom tal-klassi. B’hekk it-tfal jirrilassaw u jkunu jistgħu jiffokaw aktar fuq il-qari. L-abiltà fil-qari għandha titjieb maż-żmien hekk kif it-tfal jipprattikaw aktar, jibnu l-kunfidenza tagħhom, kif ukoll jassoċjaw il-qari ma’ attività pjaċevoli.

Diversi klassijiet fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti, u fl-Awstralja jimplimentaw proġetti simili.