Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Trid tgħin familja dan il-Milied?

15/12/17 08:44 PM

Dan il-Milied l-Aid to the Church in Need (CAN) f'Malta se jkunu qed jipprovdu l-ikel lil 1,500 familja f'Damasku u 2,347 familja f'Aleppo.

L-ACN hija għaqda Kattolika  internazzjonali li tgħin lill-Insara madwar id-dinja li qed jaffaċċjaw persekuzzjoni.

Huma se jkomplu jaħdmu flimkien ma' kollaboraturi fil-pajjiż biex jgħinu lill-familji li spiċċaw bla saqaf fuq rashom minħabba l-bumbardamenti. 

L-ACN għandhom tim ta' membri fis-Sirja li jwassal l-ikel kif ukoll għajnuna oħra li hi vitali għan-nies f'żona ta' gwerra. 

Din se tkun ir-raba’ sena li l-ACN se tkun qed torganizza kampanja fiż-żmien il-Milied.

Dawk kollha li huma interessati li jgħinu billi jisponsorjaw pakketti tal-ikel jistgħu jagħmlu dan billi jibagħtu ċekk bil-posta lil ACN Malta, 39b, Mdina Road, Attard.

Fuq il-pakkett wieħed għandu jindika li l-flus huma għal din il-kawża billi jikteb 'Christmas food parcel for Syria'. Wieħed jista' wkoll jagħmel donazzjoni permezz ta' transfer bankarju u jinforma lil ACN b'dan billi jibgħat imejl lil info@acmalta.org

Il-gwerra fis-Sirja ilha għaddejjs għal iktar minn sitt snin.