Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aħsiblu jekk se ssiefer bejn it-23 u t-30 ta' Diċembru

Leon  Xuereb  -  16/12/17 11:17 AM

Aħsiblu jekk se ssiefer bejn it-23 u t-30 ta' Diċembru.

Dan hekk kif it-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jistenna li jilqa’ madwar 123,000 passiggier bejn it-22 u l-31 ta’ Dicembru.

Waqt dan il-perjodu huwa mistenni li t-23 u t-30 tax-xahar ikunu l-aktar jiem impenjattivi għall-ajruport, bi 14,000 moviment tal-passiggieri projettati għal kull waħda minn dawn il- ġranet, hekk kif bosta jibdew jivvjaġġjaw sabiex jingħaqdu mal-familji tagħhom għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

Persuni li se jivvjaġġjaw tul dan il-perjodu huma avżati jkunu t-terminal mill-inqas sagħtejn qabel it-tluq skedat tat-titjira tagħhom biex ikollhom biżżejjed ħin biex jagħmlu check-in, jgħaddu mill-iskrining tas-sigurtà, u jgawdu minn xi xarbiet u ikel li qed jitqassmu b’xejn fit- terminal.

It-tim tal-ajruport ħejja wkoll diversi attivitajiet u logħob b’tema tal-Milied, li huwa mmirat li jżomm lil passiġġieri żgħar fl-età okkupati sa xħin il-ġenituri tagħhom iduru dawra l-ħwienet.

Rigali mixtrijin minn kwalunkwe wieħed mill-ħwienet fiż-żona tat-tluq tal-ajruport jistgħu jiġu mgeżwra b’xejn f’Gate 3

Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li biex igawdu minn vjaġġ mingħajr xkiel u diżappunti, il-passiġġieri li ser isiefru huma mfakkra li rigali li jkunu qed jinġarru fil-hand luggage ma għandhomx ikunu mgeżwra minħabba li l-membri tas-sigurtà jista’ jkun li jkollhom bżonn jispezzjonaw mill-qrib ċerti oġġetti.

Barra minn hekk, ġugarelli bħal pistoli u rigali oħrajn simili jiġu kkonfiskati jekk jinġarru fil- hand luggage

Filwaqt li ikel solidu jista’ jinġarr fil-hand luggage, ikel immerraq bħal zlazi, gammijiet u pâté huwa kkunsidrat bħala likwidu u għandu jsegwi r-regolament ta’ 100ml.