Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: "Nitbikkem meta binti ssaqsini hux se jkeċċuna minn Malta" - Stella

Nicole  Borg  -  16/12/17 03:13 PM

Għal dawn l-aħħar 13-il sena, Stella David u bintha li twieldet Malta fl-2006, għamlu Malta d-dar il-ġdida tagħhom, u t-tnejn li huma jinsabu ferm kuntenti.

Stella tispjega kif titbikkem meta bintha, li llum għandha 11-il sena tistaqsiha: ‘Ma vera se jibagħtuna lura l-Afrika?’ Bil-wisq iktar meta tiftakar kemm tħoss in-nuqqas ta’ sħabha jekk dan ikollu verament iseħħ.

“Il-Gvern hemm bżonn li jisma' u jara s-sitwazzjoni tiegħi"

Hija għandha talba waħda għall-Gvern Malti, dik li jagħmel il-ħajja iktar faċli għal nies bħalha li qegħdin jissieltu biex iġibu l-istatus ta’ refuġjat sabiex ikunu jistgħu jgħixu f’Malta.

Hija tgħid li jekk ma jirnexxiliex takkwista dan l-istatus għaliha u għal bintha, ħajjithom se tinqaleb ta’ taħt fuq. Saħqet li ma tridx tmut fis-skiet.

Titkellem dwar kif għal dawn l-aħħar għaxar snin ħadmet full time mal-lukanda Hilton u b’hekk tħoss li d-doveri tagħha bħala persuna li tgħix f’Malta qiegħda tagħmilhom.

“Inħoss li diġà b'xi mod jiena ċittadina Maltija"

Stella wriet ukoll l-apprezzament tagħha għall-ospitalità li wriha l-poplu Malti f’dawn l-aħħar snin, għax illum tara differenza kbira fiha nnifisha. Hija tgħallmet kif taħdem man-nies u x’inhu rispett.

Il-filmat bl-istorja ta’ Stella huwa wieħed mill-ftit li ġew imtellgħa fuq is-sit ta’ This is Home li tnediet bħala kampanja favur ħajja xierqa u denja ghall-immigranti. Il-kampanja, This is Home ġiet imnedija llum mill-Fondazzjoni Aditus, JRS Malta u l-Fondazzjoni Integra.