Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-Musulmani f'Malta b'hampers għal nies fil-bżonn

Matthew Borg  -  16/12/17 08:25 AM

Il-grupp Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta offra b’rigal għadd ta’ hampers b’ikel u ħelu lil żewġ organizzazzjonijiet Maltin li jgħinu persuni fil-bżonn.

Il-President ta’ din il-komunità Musulmana f’Malta, Laiq Ahmed Latif, irrimarka li l-grupp jistinka biex iservi lill-komunità u jagħti importanza lil dawk il-persuni inqas ixxurtjati.

Sostna li dan l-att hu turija ta’ kemm il-komunità Musulmana tal-Ahmadiyya f’Malta tħobb u tixtieq tieħu ħsieb kif tista’ lil dawn in-nies.

Il-hampers ġew ippreżentati lill-Millenium Chapel ta’ San Ġiljan u lil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far.

Din mhix l-ewwel darba li din il-komunità tgħin lis-soċjetà Maltija b’għadd ta’ inizjattivi differenti, fosthom l-għoti ta’ kotba lil skejjel Maltin.