Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Liverpool: Jitħalla jmut waħdu fuq il-mowbajl għal 40 minuta

16/12/17 04:19 PM

Raġel tħalla jistenna għal 40 minuta fuq il-mowbajl mis-servizzi tal-emerġenza waqt li kien qed imut fuq bankina fl-Ingilterra.

Paul Millea, missier ta’ żewġt itfal,kien imġiegħel iżomm il-linja għal 40 minuta u jisma’ messaġġ irrekrodjat waqt li kien qed imut fuq bankina wara kien attakkat b’sikkina minn Philip Daniels f’Liverpool.

Daniels darab serjament lil Millea għax ħaseb li t-tfajla tiegħu, li hi tqila, kienet qed teqlibielu miegħu.

Huwa ċempel lis-servizzi tal-emerġenza immedjatament wara l-attakk u qalilhom li kien midrub serjament u li kien qed imut, madanakollu huma qalulu biex iżomm il-linja.

L-iskript tat-telefonata ġie ppublikat fil-Qorti ta’ Liverpool, liema Qorti sabet lil Daniels ħati u tagħtu sentenza ta’ 22 sena ħabs.

Fil-Qorti intqal kif Millea ċempel għal ambulanza fil-11.10pm waqt li kien qed jiżvina fuq il-bankina, madanakollu l-ambulanza waslet ftit qabel nofsillejl.