Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Log tal-Milied f'Għawdex: Jippruvaw jilħqu l-100 metru

16/12/17 02:59 PM

Din is-sena, l-iskola tas-Sixth Form f’Għawdex, l-Istitut Sir Michelangelo Refalo, xtaqet tagħti l-kontribut tagħha għall-Istrina billi ssajjar wieħed mill-itwal logs tal-Milied li qatt saru f’Malta.

Bħalissa għaddejja l-ħidma biex sa nhar it-Tnejn li ġej jitlesta dan il-log tal-Milied twil li l-qligħ mill-bejgħ tiegħu se jmur kollu għall-Istrina.

Għalliema li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li se jippruvaw jilħqu l-100 metru.

L-isem magħżul għal din l-attività huwa ‘L-ISTRINA – Flimkien Nagħtu l-Ħafna’.

Spjegaw li l-messaġġ huwa wieħed, “f’dan iż-żmien tal-Milied hija ħaġa sabiħa li ningħaqdu lkoll flimkien biex ngħinu lill-Istrina”.

L-attività saret bl-għajnuna ta’ sponsors li għenu biex din l-idea ssir realtà.

Nhar it-Tnejn li ġej din l-attività ser tkun miftuħa għall-pubbliku u għall-iskejjel kollha t’Għawdex. Huwa mistenni li numru ta’ studenti ser jiġu jżuru l-Istitut Sir Michelangelo Refalo Sixth Form u jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom.

Jekk tixtieq issajjar log tal-Milied tista’ tara r-riċetta ta’ Karmen Tedesco li xxandret fil-programmi Ta' Kulħadd u Insellimlek fuq RTK.