Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Pulisic l-aqwa plejer Amerikan

Cristian  Muscat  -  16/12/17 08:48 PM

It-talent żagħżugħ ta’ Borussia Dortmund, Christian Pulisic, kiteb l-istorja hekk kif sar l-iżgħar plejer li rebaħ l-unur tal-USA Men’s National Team Player of the Year.

Pulisic kiseb dan is-suċċess fl-età ta’ 19-il sena biex b’hekk kiser rekord ġdid fl-istorja tal-futbol Amerikan u anke tiegħu personali.

Minkejja li t-tim tiegħu Borussia Dortmund ma tantx sejjer tajjeb fil-kampjonat, huwa lagħab regolari fil-logħbiet tal-klabb u kien prominenti anke fl-istaġun illi għadda kemm fil-Bundesliga kif ukoll fil-UEFA Champions League.

Meta tkellem fuq il-paġna tal-Federazzjoni Amerikana tal-Futbol fuq Facebook, Pulisic kien ferm kburi illi kiseb dan kollu u jinsab eċċitat għal iktar żminijiet sbieħ fil-karriera tal-futbol tiegħu.

Finalment il-ħsieb ta’ Pulisic hu illi jwassal lit-tim mill-belt ta’ Dortmund aktar ‘il fuq fil-klassifika hekk kif bdew żmien ġdid wara t-tkeċċija tal-kowċ Peter Bosz bis-suċċessur tiegħu Peter Stoger illi ħa t-tmun tat-tim f’idejh.