Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Filmat: Xahrejn Assassinju Daphne: Jistaqsu fil-Bidnija

16/12/17 12:05 PM

Il-grupp Occupy Justice dalgħodu fakkar it-tieni xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-għalqa li fiha nqatlet, poġġew ponsjetti fil-forma ta’ mistoqsija. Tqiegħed ukoll strixxun li fuqu huma qegħdin jitolbu li jridu jkunu jafu min ordna l-qtil u għaliex inqatlet il-ġurnalista. Fuq l-istess strixxun hemm il-karba biex issir ġustizzja. Saħqu li jridu l-bidla u li mhux se jiefqu hawn.

Aktar kmieni saret quddies għal ruħ il-ġurnalista Caruana Galizia fil-kappella tal-Bidnija, li ġiet deskritta minn Louiselle Vassallo, attivista ta’ #OccupyJustice bħala solenni li iżda kienet miżgħuda bil-mużika.

Vassallo kienet qed titkellem f’kollegament dirett waqt il-programm Newsline fuq RTK, immexxi minn Fr Joe Borg u Manuel Delia. 

Vassallo qalet li kien hemm għadd ġmielu ta’ nies miġbura għall-quddies, u wara l-attività kompliet billi nqrat poeżija, li kompliet issaħħaħ l-atmosfera solenni preżenti.

In-nies li attendew għall-quddies kienu mitluba wkoll jieħdu magħhom il-ponsjetti.

Il-karba għall-verità fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tkompli tinħass hekk kif dal-lejl reġgħu dehru strixxuni li din id-darba qed juru l-kliem "Irridu l-verità, il-verità kollha".

Filmati bid-drone: Edward Sammut