Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Aktar minn 1,000 titjira kanċellata minħabba qtugħ ta' dawl

18/12/17 08:47 AM

L-ikbar u l-aktar ajruport frekwentat fid-dinja waqaf jaħdem wara li nqata' d-dawl. L-ajruport ta' Hartsfield-Jackson f'Atlanta fl-Istati Uniti lbieraħ waqaf jopera għal xi ħin wara li kien hemm ħsara teknika. L-Ajruport, li jgħaddu minnu aktar minn 250,000 passiġġier kuljum u kważi 2,500 titjira, spiċċa bla dawl wars li żviluppa nar taħt l-art fejn jinżamm l-apparat elettroniku. Fi stqarrija l-Ajruport ikkonferma li għalkemm il-problema ssolviet u d-dawl issa ġie lura xorta kienu affetwati t-titjiriet, tant li b'kollox kellhom jiġu kanċellati 1,000 titjira lbieraħ u mijiet oħra llum.