Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Daphne ma kienet qed tinvestiga lil ħadd mis-suspettati – oħtha

Christoph  Schwaiger  -  06/12/17 09:21 PM

Corinne Vella, oħt il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, qalet li oħtha ma kienet qed tinvestiga lil ebda wieħed mill-persuni li ġew arrestati nhar it-Tnejn li għadda b’rabta mal-assassinju tagħha.

Fi stqarrija, Vella spjegat li dan faċilment jista’ jiġi verifikat mis-sit tal-ġurnalista Caruana Galizia.

Vella qalet li l-ismijiet ta’ dawk is-suspettati li ġew arrestati dehru l-ewwel fuq is-sit Taljan Il Messaggiero.  Vella żiedet tgħid li għalkemm is-sit Taljan qal li Daphne kienet tikteb dwarhom ta’ spiss, dan mhuwiex minnu.

Qalet li dwar Adrian Agius, Daphne kitbet tliet darbiet biss fl-istess ġurnata tliet snin ilu. Spjegat li l-istejjer ma kinux ta’ natura investigattiva. Vella saħqet li oħtha qatt ma kitbet dwar Robert Agius, Rudy Camilleri, Anton Cachia, Jamie Vella, Sandro Cilia, jew Miguel Caruana.

Ikkonfermat dak li rrapporta lbieraħ Newsbook.com.mt, li Daphne lanqas kitbet dwar Vincent Muscat, George Degiorgio, jew Alfred Degiorgio. Dawn inżammu arrestati lbieraħ.

Vella qalet li l-blogg ta’ Daphne baqa’ eżatt l-istess mill-ġurnata li nqatlet sal-lum. Qalet li ma hemm l-ebda ħsieb li s-sit jitneħħa.

Ritratt: NRK TV