Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Id-Djoċesi ta’ Washington tiftaħ kawża għax ma tħallietx tagħmel riklam favur ir-reliġjon

.     -  06/12/17 05:00 PM

L-Arċidjoċesi ta’ Washington fetħet kawża konta l-Awtorità tat-Trasport tal-istat wara li din irrifjutat li tħalli jsiru reklami dwar il-Milied fuq il-karrozzi tal-linja għax qalet li billi r-riklam kien jippromwovi r-reliġjon ma kienx skont il-linji-gwida tal-Awtorità.

Il-Knisja Kattolika ilha għal ħafna snin tagħmel kampanji ta’ pubbliċita’ fuq diversi mezzi bit-tema “Sib ir-Rigal Perfett”. Fl-avviż tidher l-istilla tal-Milied,  u xi rgħajja u ‘link’ għal sit elettroniku tad-djoċesi li fih wieħed jista’ jsib il-ħinijiet tal-quddies u inizjattiva biex ikunu megħjuna l-foqra tad-djoċesi.

Kim Fiorentino, il-Kanċillier tal-Aridjoċesi qal li r-rifjuta li jsir dan ir-riklam hu ksur tad-dritt fundamentali tal-libertà tal-kelma u limitazzjoni fuq id-dritt li wieħed jeżerċità l-fidi li jħaddan. Qal li huma lesti biex iressqu l-każ quddiem il-Qorti biex ikun affermat id-dritt ta’ kulħadd li jesprimi l-veduti tiegħu b’mod u f’post pubbliku.

Ir-riklam kien disinjat biex jitpoġġa fuq barra tal-vetturi tal-metro biex jilħaq udjenza wiesgħa u jistieden lil kulħadd biex jesperjenza l-ispirtu ferħan tal-Milied u jaqsam ma’ oħrajn id-diversi opportunitajiet għal servizzi reliġjużi.

“L-Arċidjoċesi ta’ Washington tixtieq tinkoraġixxi lis-soċjeta’ biex tgħin ħalli jkunu mitmugħa u mlibbsa u jingħataw il-kura meħtieġa, persuni vulnerabbli u tilqa’ lil kulmin jixtieq jisma’ l-Aħbar it-Tajba,” qalet Susan Timoney, Segretarju tal-Ministeru Pastorali u Soċjali, tal-Arċidjoċesi.