Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ippubblikat il-kuntratt li se jibdel l-immaniġġjar tal-finanzi tal-Gvern

Mill-Parlament     -  06/12/17 07:49 PM

Il-Gvern ippubblika l-parti l-kbira tal-kuntratt li ffirma mal-kumpanija Grant Thornton dwar l-implimentazzjoni tas-Soluzzjoni Korporattiva għall-Immaniġġjar Finanzjarju (CFMS), li permezz tagħha d-Dipartimenti tal-Gvern se jaqilbu minn sistema ta’ cash flow accounting għal sistema ta' accrual accounting.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal fil-Parlament li l-kuntratt juri sa paġna 263 biss għax il-kumplament hija informazzjoni sensittiva.

Dan il-proġett se jiswa €11.6miljun u se jsir b’fondi Ewropej.

Grant Thornton se tkun qed tissupplixxi l-hardware u s-software tas-sistema li se jużaw id-dipartimenti u jgħin lill-Gvern fil-manteniment tas-sistema.

L-implimentazzjoni se tibda billi l-fornitur jistalla s-sistema f’numru ta’ dipartimenti fi zmien 18-il xahar. Il-ħsieb hu li l-proġett jitlesta fi żmien ħames snin.