Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Knorr u Chef Manuel Aquilina joffru ikla tajba lil YMCA

06/12/17 06:29 PM

Bħala parti mir-Responsabbiltà Korporattiva Soċjali ta’ Knorr, ir-residenti tal-YMCA, servizz ta’ kenn li joffri nutriment u jaħdem biex iħeġġeġ sens ta’ tama għall-ġejjieni, ġew servuti pranzu imsajjar minn Chef Manuel Aquilina.

Ir-residenti ġew servuti ikla li kienet tinkludi f’soppa minestrone bit-tortellini, meatballs biz-zalza tas-sagħtar u brownies taċ-ċikkulata.

Chef Manuel tkellem ukoll mal-impjegati u r-residenti dwar ikel li hu tajjeb għas-saħħa u tagħhom pariri dwar kif jaħsbu biex isajru għal numru kbir ta’ nies bi ingredjenti u bi prezz raġonevoli.

Kylie Muscat, Kap tad-Dar qalet, “Aħna tassew grati lejn Knorr li tawna din l-opportunità għar-residenti. Ir-residenti spiss isibu ruħhom f’sitwazzjonijiet problematiċi u huwa sabiħ għalihom li jiklu ikla flimkien. Kienu verament grati għal dan. Barra minn hekk, l-ikla kienet sempliċement delzzjuza ħafna.”

“Hawn ħafna nies fi żvantaġġ fil-komunità tagħna u ħassejna l-ħtieġa li noħorġu b’inizjattiva biex ngħinuhom. Meta wieħed jara l-uċuħ tar-residenti meta ġew servuti l-ikla ta’ tlett platti kien sempliċiment mument prezzjuż,” qalet Natalie Avallone, Brand Manager ta’ M&Z (Marketing) Ltd, importaturi ta’ Knorr f’Malta.

L-YMCA tappoġġja l-iżvilupp pożittiv taż-żgħażagħ bħala miżura preventiva, kif ukoll tintervjeni billi toffri firxa ta’ servizzi ta’ xogħol soċjali lil individwi li huma żvantaġġati jew soċjalment żvantaġġati. L-ispeċjalizzazzjoni f’dan ir-rigward huwa l-appoġġ, l-assistenza u r-rijabilitazzjoni ta’ dawk il-persuni bla dar. YMCA jindirizza l-ħtiġijiet ta’ diversi gruppi ta’ klijenti, li jvarjaw minn familji mnikkta, vittmi ta’ vjolenza domestika, individwi bla dar u nies li jgħixu f’akkomodazzjoni inferjuri.