Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Malta se teqred l-Epatite Ċ sal-2023

06/12/17 09:22 AM

Wieħed mill-kelliema waqt is-Summit Dinji dwar l-Epatite 2017 kien il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li qal li Malta hija kommessa li telimina l-Epatite Ċ sal-2023.

Fi kliemu, jekk tagħmel dan, Malta tkun minn tal-ewwel fid-dinja li tilħaq din il-mira. Fearne qal ukoll li dawk l-elf pazjent f’Malta affettwati bl-Epatite Ċ se jibqgħu jirċievu kura ġdida li tfejjaq din il-kundizzjoni. 

Is-Summit sar f'Novembru fil-Brażil fejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (il-WHO) irrapportat żieda globali fir-rispons għal viral hepatitis. 

L-għan tas-Summit kien li jinkoraġġixxi aktar pajjiżi sabiex jieħdu azzjoni kontra l-epatite li għadha tikkawża aktar minn 1.3 miljun mewta fid-dinja kull sena. Il-mira hija li tiġi eliminata għal kollox il-viral hepatitis sal-2030 – mira riflessa fl-istrateġija tal-WHO u l-għanjiet tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.