Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Putin għat-tellieqa ta' President tar-Russja

Matthew Borg  -  06/12/17 04:37 PM

Hekk kif is-sena d-dieħla r-Russja jmissha l-elezzjonijiet presidenzjali, il-President Russu, Vladimir Putin, ikkonferma li se jkun qed jittanta xortih għal terminu ieħor.

Din l-aħbar ħariġha fil-beraħ quddiem il-ħaddiema ta’ kumpanija li timmanifattura l-karozzi f’Volga.

Putin ilu fil-poter fir-Russja sa mill-2000, kemm bħala Prim Ministru kif ukoll bħala President.

Ir-rivali ewlieni ta’ Putin u l-mexxej tal-Oppożizzjoni, Alexei Navalny, mhux se jitħalla jikkontesta minħabba li nstab ħati li ħa xi flus għalih minn kumpanija tal-istat fis-settur tal-injam lura fl-2013.

Hu ngħata 5 snin priġunerija sospiżi, iżda kien irrimarka li dan kollu kien immotivat politikament biex ixekklu milli jikkontesta lil Putin.

Sadanittant, il-ġurnalista tat-televixin Russu, Ksenia Sobchak, qalet li se tkun qed tikkontesta lil Putin, iżda sondaġġi ta’ opinjoni diġà qed juru li Putin se jerġa’ jirbaħ b’mod komdu.

Jekk jiġi rrikonfermat President tar-Russja, Putin ikun għad fadallu sal-2024.