Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Walcott jista’ jingħaqad ma’ Everton

Cristian  Muscat  -  06/12/17 07:02 PM

Il-klabb minn Merseyside Everton immarkaw lil Theo Walcott bħala dak il-plejer li jista’ jkun is-sostitut ta’ Romelu Lukaku illi ngħaqad ma’ Manchester United matul is-sajf illi għadda.

Skont The Daily Mail, it-Toffees bdew id-diskussjonijiet mad-diriġenti ta’ Arsenal sabiex jakkwistaw lil dan il-plejer illi skont l-istess gazzetta jinsab lest biex jiġi trasferit ma’ klabb ieħor.

Walcott għadu qatt ma lagħab ma’ Arsenal matul dan l-istaġun u kien għalhekk illi l-manager ta’ Everton Sam Allardyce qed jarah bħala attakkant prezzjuż illi għandu bżonnu ferm għal Jannar sabiex isaħħaħ id-dipartiment offensiv.

Everton iridu jitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika wara sensiela ta’ riżultati negattivi fil-ġimgħat illi għaddew.