Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ings fil-mira ta’ diversi klabbs Ingliżi

Cristian  Muscat  -  07/12/17 09:17 AM

L-attakkant Ingliż ta’ Liverpool Danny Ings qed jattira l-attenzjoni ta’ diversi klabbs fil-Premier League Ingliż hekk kif se jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar skont dak li żvela s-sit Ingliż The Guardian.

S’issa Ings deher darba biss bħala sostitut ma’ Liverpool f’dan l-istaġun filwaqt illi ilu jbati minn uġigħ fl-irkoppa għal dawn l-aħħar sentejn.

Fost it-timijiet interessati f’dan il-plejer ta’ 25 sena hemm Crystal Palace, Newcastle, West Ham, Brighton, Stoke u West Brom illi kollha jistgħu jagħmlu l-movimenti tagħhom sabiex wara l-ewwel tas-sena jiksbu l-firma tal-plejer tar-Reds.