Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jekk se ssuq perikoluż dan ix-xahar...

07/12/17 07:53 PM

Jekk se ssuq b’mod perikoluż dan il-Milied, in-netwerk tal-pulizija tat-traffiku (TISPOL) għandha messaġġ għalik.

Qed itellgħu messaġġi ferm ħelwa u li jġiegħluk taħseb f’dawn iż-żminijiet ta’ festi, fuq il-websajt tat-TISPOL u fuq Facebook mill-Klabb Malti tal-Karozzi tul ix-xahar ta’ Diċembru. Kull ġurnata għandha messaġġ differenti u s’issa ġew imtellgħa proprju sebgħa.

X’jgħidu dawn il-messaġġi?

  1. Żomm il-familja tiegħek ‘il bogħod mir-riskju bi tliet modi li jaħdmu għalik.
  2. Qatt tuża l-mowbajl għall-ebda raġuni waqt li tkun qed issuq.
  3. Naqqas ir-ritmu tas-sewqan meta tasal għall-kantunieri.
  4. Jekk qed tippjana li ssuq fit-tul, kun ċert li inti f’sikktek biżżejjed.
  5. Meta l-aħħar li għamilt appuntament biex tiċċekkja l-vista? Testijiet tal-għajnejn frekwenti huma importanti għal sewqan sikur.
  6. Dejjem żomm it-twieqi u l-mirja tal-karozza nodfa.
  7. Jekk mgħaġġel jew taħt ammont ta’ stress ftakar li tista’ tkun ta’ periklu fis-sewqan tiegħek. Agħti ċans lilek innifsek biex tikkalma.

Jekk trid issegwi il-bqija tal-messaġġi li se jittellgħu tul ix-xahar ta Diċembru segwi l-websajt tat-TISPOL jew il-paġna ta’ Facebook tal-Klabb Malti tal-Karozzi.