Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jekk tmur l-Imdina f'Jum ir-Repubblika...

Leon  Xuereb  -  07/12/17 11:30 AM

Jekk nhar l-Erbgħa tmur l-Imdina se jkollok l-opportunitá li żżur il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali u d-Domus Rumana b’xejn.

Dan tħabbar uffiċjalment minn Heritage Malta.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali jinsab fid-daħla tal-Imdina fil-palazz tas-seklu 18  li kien ristrutturat mill-Gran Mastru Antonio de Vilhena fuq pjanti ta’ Charles Francois de Mondion tal-1726.

Iddisinjat fuq stil barokk, dan il-palazz serva wkoll bħala sptar sakemm fl-1973 beda jospita l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.

Id-Domus Rumana tinsab barra s-swar tal-Imdina.

Il-mużew jinsab fil-fdalijiet ta’ dar aristokratika Rumana li kienet instabet fl-1881.

Għalkemm ftit fadal fdalijiet minn din id-dar, il-mużajk u l-artefatti misjuba fl-iskavar huma xhieda tar-rikkezzi u l-istorja fantastika ta’ din id-dar.

Iż-żewġ mużewijiet se jiftħu bejn id-9am u l-5pm, bl-aħħar dħul ikun fl-4.30pm

Dakinhar il-ħlasijiet tad-dħul u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u s-siti l-oħra ta’ Heritage Malta se jibqgħu l-istess bħas-soltu.

Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta tista' tidħol hawnhekk.