Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​Ritratti: Daqshekk ċmieni fil-Marsa

Christoph  Schwaiger  -  07/12/17 07:58 PM

L-aħħar żewġ ċmieni tal-powerstation twaqqgħu illum filgħodu.

L-ewwel struttura li żżarmat inbniet fl-1986 bħala parti minn Unit 8, l-akbar ġeneratur tal-elettriku li kien hemm fil-powerstation tal-Marsa u li ntefa għall-aħħar darba fi Frar 2015.

L-Enemalta qalet fi stqarrija li din iċ-ċumnija wiesgħa ħames metri u kienet l-itwal struttura tal-Marsa Power Station, b’81 metru mill-art.

Madanakollu, l-aktar struttura għolja kienet iċ-ċumnija tal-ħadid ta’ Unit 7, li minkejja li kienet twila 69 metru, kienet mibnija fuq art ogħla ftit metri ‘l bogħod.

Iċ-ċumnija l-oħra, għolja 42 metru, inbniet fl-1970, u kienet tifforma parti mill-ewwel estensjoni tal-Marsa B Power Station fl-1970, li kienet tinkludi żewġ bajli tal-fwar u żewġ turbini ta’ 30 megawatt-il waħda.

Ritratti: MEW