Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Fil-Vatikan jitnieda ktieb li jiddefendi l-pożizzjoni tal-Isqfijiet Maltin

Josianne  Camilleri  -  15/02/17 11:01 PM

Il-Vatikan ippublika ktieb mill-Kardinal Francesco Coccopalmerio li jargumenta li l-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia tippermetti lill-persuni Kattoliċi divorzjati u dawk li jiżżewġu mill-ġdid biex jirċievu l-Ewkaristija f’ċertu każi. Pożizzjoni li taqbel ma’ dik li esprimew l-Isqfijiet Maltin kif ukoll dawk Ġermaniżi fil-ġimgħat li għaddew.

Il-Kardinal Coccopalmerio huwa l-president tal-Kunsill Pontifiċju għat-Testi Leġiżlattivi, l-għola awtorità tal-Vatikan għall-interpretazzjoni tal-liġi kanonika.

Fil-ktieb ta’ 40 paġna, il-Kardinal jispejga li l-Amoris Laetitia tesprimi “b’mod ċar ħafna l-elementi tad-duttrina dwar iż-żwieġ u timxi b’fedeltà mat-tagħlim tradizzjonali tal-Knisja.”

L-Arċisqof jiltaqa' mal-Kleru dwar il-linji-gwida tal-Amoris Laetitia

Intant, l-Arċisqof Charles Scicluna stieden lis-saċerdoti djoċesani u reliġjużi għal laqgħa dwar il-Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Laetitia (Il-Ferħ tal-Imħabba). Fil-laqgħa li saret il-bieraħ fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, l-Arisqof spjega l-linji gwida għas-saċerdoti, li huma bbażati fuq l-Amoris Laetitia.