Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Il-parlament Spanjol jiddiskuti l-Eurovision u l-Ukreni jirriżenjaw

George  Cremona  -  15/02/17 06:07 PM

Qed iberraq fl-Ukraina u fi Spanja.

Fl-aħħar sigħat kien hemm aħbarijiet marbuta mal-Eurovision fiż-żewġ pajjiżi.

Spanja

Wara li nhar is-Sibt fi Spanja ġiet magħżula l-kanzunetta li se tirrappreżenta lill-Ispanjoli f’Mejju li ġej, qam kjass qawwi wara li l-pubbliku jidher li ma għoġbux ix-xogħol u l-metodu kif rebaħ il-kantant Manel Navarro. B’reazzjoni għal dan minn ġos-sala bdew il-battibekki u l-argumenti. Saħansitra dawn wasslu biex membru parlamentari Spanjol ressaq mozzjoni fil-parlament biex terġa’ tiġi kkunsidrata l-kanzunetta rebbieħa u flokha tintbagħat dik li ġiet fit-tieni post.

Ukrajna

Wara li lbieraħ ħarġu għall-pubbliku l-biljetti għas-serati ta’ Mejju li ġej, illum tħabbar li 21 ruħ mill-kumitat organizzattiv fl-Ukrajna tefgħu r-riżenja tagħhom. Dan wara li fi kliemhom mhux qed jitħallew jgħidu tagħhom dwar dak li għandu jsir f’dan l-akbar festival mużikali tad-Dinja.