Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Filmat: Joseph Muscat kontra l-ewtanasja imma jibża’ li persuna tasal għas-suwiċidju

Alvin  Vassallo  -  16/02/17 03:06 PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa kontra l-ewtanasja imma jinsab imħasseb dwarha minħabba diskussjoni li kellu ma’ Joe Magri, il-persuna li qed tmexxi biex l-ewtanasja tkun legali.

Ma’ Newsbook.com.mt il-Prim Ministru qal li dan is-suġġett huwa kwistjoni personali u tenna kemm-il darba li huwa kontriha.

Mistoqsi jekk hux se jkun qed jillegalizza l-ewtanasja, Dr Muscat qal li l-Gvern ma għandu ebda mandat elettorali biex jagħmel dan. Saħaq li biex Gvern jieħu pożizzjoni dwarha jrid ikollu mandat.

Dr Muscat qal li f’laqgħa, Joe Magri, li jbati mill-marda tal-ALS,  kien qallu li jekk l-ewtanasja ma tkunx legali, se jasal żmien li joqtol lilu nnifsu.

Qal li dan l-intervent ħasdu għax minkejja li hu kontra l-ewtanasja ma jafx x’risposta jista’ jagħti lill-persuna umana li tixtieq ittemm ħajjitha.

Temm jgħid li għandu jkun hemm diskussjoni onesta dwarha mingħajr ma tkun ballun politiku.

Ilbieraħ il-Kunsill Mediku ddikjara lilu nnnifsu unanimament kontra l-ewtanasja.

Fi stqarrija, il-Kunsill Mediku qal li huwa kontra l-ewtanasja u l-ġurament li jieħu tabib jipprekludih milli jtemm ħajja. Il-Kunsill qal li l-kura ta’ pazjent hija vjaġġ sħiħ li t-tabib, skont il-‘Hippocratic Oath’ huwa obbligat jgħin fiha.

Il-kunsill qal li huwa wkoll etikament obbligat li jkun favur il-ħajja.

Waqt il-Kumitat tal-Affarijiet iċ-Ċermen tal-ALS, Bjorn Formosa qal “Jien ftit fadalli ħajja iżda nixtieq ngħix għax għandi bosta pjani.”

Huwa qal li l-ALS qatt ma għamlet dikjarazzjoni dwar l-ewtanasja imma l-assoċjazzjoni taħdem favur il-ħajja.

Iċ-Ċerpersin tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali Godfrey Farrugia, sejjaħ ir-rapport dwar l-ewtanasja mill-Għaqda Studenti tal-Liġi bħala l-attitudni amorali fl-evalwazzjoni ekonomika tal-ewtanasja.

Filmat: Ian Noel Pace