Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Is-sekwestru fuq DCG diskuss ma’ Direttur tal-Kunsill tal-Ewropa

Charmaine  Attard   -  16/02/17 01:31 PM

Is-sitwazzjoni f’Malta dwar il-ħelsien tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa ġiet diskussa mill-Membru Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia mad-Direttur tal-Istrateġija Politika tal-Kunsill tal-Ewropa (COE), Matja Grunden.

Tkellmu fost l-oħrajn dwar il-każ tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u kif il-Qorti Maltija kienet li rrikonoxxiet lil Caruana Galizia bħala ġurnalista u mhux biss blogger.

Dwar dan il-każ, Therese Comodini Cachia ddeskriviet kif l-użu tas-sekwestru fuq il-ġurnalisti huwa mezz li jillimita u jikkontrolla l-libertà tal-istampa.

Fis-snin li għaddew, il-Kunsill tal-Ewropa kien nieda pjattaforma għall-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni fost is-47 pajjiż membru, bil-għan li jiġu individwati attakki li jsiru fil-konfront tal-ġurnalisti u kontra l-libertà tal-istampa.

Fil-jiem li għaddew, il-Ministru Chris Cardona għamel diversi libelli Daphne Caruana Galizia u ordna sekwestru fuq il-kontijiet tal-bank tagħha, wara li allegatament kitbet li l-Ministru ntlemaħ f’burdell fil-Ġermanja, waqt li kien fuq żjara uffiċjali tal-Gvern.