Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

​“L-Università mhix tilħaq l-għanijiet kollha tagħha” - Pro-Rettur

Christoph  Schwaiger  -  17/02/17 11:23 AM

Il-Pro-Rettur tal-Università ta' Malta u Soċjologu Prof. Godfrey Baldacchino stqarr li l-Università mhix tilħaq l-għanijiet kollha possibbli tagħha.

Huwa kien qed jitkellem waqt l-ewwel dibattitu organizzat mill-Unjin għad-Dibattiti Universitarji (MUDU). Kliemu ntlaqa’ minn kelliema taż-żewġ naħat tal-panel.

Min-naħa tagħhom, l-istudenti stqarrew li l-università hija rifless tas-soċjetà Maltija, hekk kif il-faċilitajiet sportivi huma fi stat ta' abbandun, minkejja popolazzjoni li tbati mill-obeżità.

“Fl-Università jeżistu nepotiżmu u burokrazija żejda” - studenti

Allegaw li fl-Università jeżistu nepotiżmu u burokrazija żejda – “sentimenti li jinħassu wkoll f’postijiet barra mill-bibien tal-Università."

Uħud saħqu li r-riżorsi jistgħu jiġu mmaniġġjati ferm aħjar, fosthom il-flus allokati għar-riċerka.

“Xettiċi dwar jekk għandux isir iktar investiment fl-Università” -  lecturers

Il-kelliema li ddefendew l-istituzzjoni spjegaw li fis-snin li għaddew l-istudenti kienu jqattgħu aktar ħin fuq il-kampus minn dawk tal-lum. Kienu xettiċi dwar jekk għandux ikun hemm investiment f’aktar riżorsi meta m’hemmx għadd qawwi ta' studenti biex jużawhom.

Faħħru l-fatt li l-edukazzjoni terzjarja għall-Maltin hija pjuttost aċċessibbli u li għadd tajjeb ta' gradwati jirnexxilhom isibu xogħol.

L-MUDU għandha aktar dibattiti u attivitajiet ppjanati għall-futur.

F’Marzu se jorganizzaw seminar immexxi minn Stephen Sackur, preżentatur tal-programm HARDtalk tal-BBC. 

Ritratt: MC Leone