Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

€1 miljun bħala sapport għall-iskejjel u l-istudenti fil-bżonn

Lara Michelle Camilleri  -  17/02/17 06:29 PM

Fond soċjali ta’ €1 miljun se jagħti sapport finanzjarju lill-iskejjel u lill-istudenti li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet soċjali.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li dan il-fond, li ġie mwiegħed fl-aħħar baġit, se jservi bħala soluzzjoni fuq medda qasira ta’ żmien biex jiġu megħjuna l-għalliema, il-kapijiet tal-iskejjel, l-uffiċjali tal-edukazzjoni u l-edukaturi ħalli huma stess ikunu f’qagħda li jgħinu lill-istudenti fil-bżonn.

Barra minn hekk, il-Ministeru qal ukoll li bħala soluzzjonijiet fit-tul, hu se jkun qed jipprovdi sapport soċjali bħalma għamel fl-aħħar sentejn, fosthom, żieda fil-ħaddiema li jaħdmu fil-psikoloġija, fis-sapport soċjali u fl-għoti tal-pariri.

Ritratt: Arkivji