Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Facebook se jibda jgħasses u jagħraf it-terroristi

Leon  Xuereb  -  17/02/17 02:55 PM

Il-fundatur ta’ Facebook ħabbar pjan ġdid li se jħalli l-intelliġenza artifiċjali tanalizza l-kontenut li jinkiteb fuq il-midja soċjali.

F’ittra Mark Zuckerberg qal li l-algoritmi se jkunu kapaċi jgħarfu t-terroristi u jiddistingwu minn kliem li jwassal għal vjolenza, bullying u anke suwiċidu.

Hu qal li hu mpossibli li jiġu analizzati manwalment il-biljuni ta’ messaġġi u posts li jitilgħu fuq is-sit soċjali kuljum.

Zuckerberg qal li l-kumpanija bħalissa qed tirriċerka sistemi li kapaċi jaqraw u janalizzaw kliem, filmati u ritratti bl-għan li jifhmu jekk il-messaġġ tagħhom hux ta’ periklu jew le.