Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Il-gżejjer Maltin f'wirja fi Brussell

Alvin  Vassallo  -  17/02/17 06:37 PM

Tnediet wirja tal-arti Malta, Land of Sea, li qed tittella’ fiċ-Ċentru tal-Belle Arti BOZAR fi Brussell.

Malta, Land of Sea tikkonsisti fuq 60 biċċa tal-arti u oġġetti ta’ wirt kulturali Malti klassiku u kontemporanju.

Il-wirja tiffoka fuq il-karatteristiċi ta’ Malta, b’enfasi fuq il-baħar li jdawwar il-Gżejjer Maltin u l-periklu li jiffaċċjaw l-immigranti biex jaqsmu l-baħar Mediterran.

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sat-28 ta’ Mejju.

Ritratt:MJCL