Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Tirriżenja ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.   |  Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li n-nies irrabjati, iżda ma jeskludi xejn dwar Manoel Island   |  Taljan ta’ 31 sena residenti Katanaja ġie arrestat wara li nqabad b’10 kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis   |  100 kilogramma deheb misruqa minn mużew f’Berlin   |  

Il-magħżul ta' Trump għall-konsulent tas-sigurtà nazzjonali jirrifjuta l-ħatra

Yendrick  Cioffi  -  17/02/17 11:31 AM

Il-magħżul għall-konsulent tas-sigurtà nazzjonali Amerikan, Robert Harward, irrifjuta l-offerta tal-President Donald Trump.

L-eks-Viċi Ammirall Robert Harward kien ilu jissemma bħala l-preferut tal-President minn mindu Trump keċċa lil Michael Flynn mill-kariga.

Flynn tkeċċa minħabba l-kuntatti li għandu mar-Russja. Kien issemma li ddiskuta sanzjonijiet tal-Istati Uniti mal-ambaxxatur Russu qabel ma’ Trump ħa l-ġurament ta’ President. Jidher li hu ma kienx ta’ l-informazzjoni kollha lill-Viċi-President elett u lill-uffiċjali li kien iltaqa’ magħhom.

Intant kelliem għall-White House qal li Harward irrifjuta l-kariga minħabba raġunijiet familjari u finanzjarji iżda l-midja fl-Istati Uniti qed tgħid li r-raġuni vera hija li hu ried li jimpjega lit-tim tiegħu.

Din l-aħbar ħarġet ftit tal-ħin wara li Trump ċaħad rapporti tal-midja li hemm problemi interni fil-White House bil-President jgħid li l-amministrazzjoni qed timxi ħarir.

Illum il-President Trump mistenni jaħtar lid-Direttrur tal-Kommunikazzjoni għall-White House.