Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Il-Gvern se jagħti 7 biljun litru ilma fis-sena lill-bdiewa u lukandi" - Joseph Muscat   |  “Il-Gvern irid jagħmel profitt anke mill-mewt” – Simon Busuttil

Jeħel il-ħabs fuq frodi r-raġel tal-Prinċipessa Spanjola

Alvin  Vassallo  -  17/02/17 04:22 PM

Il-Prinċipessa ta’ Spanja Cristina, oħt ir-re ma nstabitx ħatja fuq frodi ta’ taxxa.

Għalkemm ma nstabitx ħatja hija trid tħallas multa ta’ €265,000 talli gawdiet minn ġid li ġie akkwistat b’mod illegali.

Dan hekk kif żewġha nstab ħati li uża r-rabtiet familjari rjali biex jieħu flus għan-negozju, li uża għalih.

Huwa ntbagħat sitt snin u tliet xhur ħabs.

Fl-2015, ir-Re Filipe kien neħħiehom minn Dukessa u Duka ta’ Mallorca. 

Magħhom instab ħati wkoll l-eks Ministru Juame Matas li ntbagħat tliet snin u tmien xhur ħabs.