Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Jitqassmu nofs miljun borża griża

Alvin  Vassallo  -  17/02/17 05:15 PM

Nofs miljun borża griża bla ħlas tqassmu lill-Kunsilli Lokali mill-iskema nazzjonali għall-ġbir ta’ skar riċiklabbli Green Mt.

Dan bil-għan li aktar skart jiġi rriċiklat u biex il-familji jmorru għand il-Kunsilli Lokali biex jiġbru l-boroż li jitqassmu b’xejn.

Il-boroz jitqassmu b’kollox fi 30 Kunsill Lokali differenti.

Biex jinċentiva r-riċiklaġġ, fil-baġit, il-Gvern għolla l-borża s-sewda.

Statistika tal-NSO turi li 7% biss tal-iskart f’Malta jiġi rriċiklat, filwaqt li l-ebda skart ma nbidel f’kompost fl-2015 mindu dan ġie trasferit mill-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant Antin għall-miżbla Tal-Għallis.