Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żdiedu t-talbiet għall-għajnuna psikjatrika waqt l-elezzjoni   |  "Kultura fejn il-kelmiet 'qaddej' u 'messaġġier' ma jinftehmux" - L-Arċisqof   |  ​"L-ommijiet ta' persuni pubbliċi jbatu fil-moħbi"   |  L-Istati Uniti twissi lis-Sirja dwar attakk kimiku ieħor "qed jinħema"

Aġġornata (2): Konrad Mizzi jaċċetta li jidher quddiem il-Kumitat Pana; Keith Schembri għadu ma weġibx

Yendrick  Cioffi  -  17/02/17 01:06 PM

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Konrad Mizzi ikkonferma li se jkun qed jidher quddiem il-kumitat tal-Parlament Ewropew li qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama.

Jidher li ċ-Chief of Staff tal-PM, Keith Schembri għadu ma weġibx jekk hux se jkun qed jidher quddiem il-kumitat Pana.

Ilbieraħ, f’kummenti lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru ssuġġerixxa li l-Ministru Mizzi u Keith Schembri għandhom jagħtu l-verżjoni tagħhom quddiem il-Kumitat li qed jinvestiga dan l-iskandlu.

Dan ikompli jżid il-pressjoni fuq il-kapijiet ta’ Nexia BT Brain Tonna u Karl Cini li wkoll intalbu jixhdu iżda rrifjutaw.

Tonna u Cini huma l-konsulenti finanzjarji li fetħu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama tal-Ministru Mizzi u Schembri.

Manfred Galdes, l-eks-Direttur tal-Financial Intelligence Analyses Unit (FIAU), l-aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus, ukoll aċċetta l-istedina tal-Kumitat.

Ma' Newsbook.com.mt iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola qal li għalkemm laqa' l-istedina, l-FIAU hija marbuta bil-liġi li ma tiżvelax il-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet tagħha.

Apparti ż-żewġ kumpaniji ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, hemm kumpanija oħra ta’ sid Malti li jisimha Egrant.

Ilbieraħ il-Prim Ministru ċaħad li t-tielet kumpanija hi tiegħu u sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jekk għandu xi informazzjoni u evidenza li t-tielet kumpanija hija tiegħu joħroġ u jgħid.

"Iż-żmien tal-logħob spiċċa u jekk il-Prim Ministru jaħseb li n-nies se jaċċetta il-logħba noli dwar l-iskandlu tal-Panama, qed jiżbalja" - Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li ż-żmien tal-logħob spiċċa u jekk il-Prim Ministru jaħseb li n-nies se jaċċettaw il-logħba noli li qed jilgħab dwar l-iskandlu tal-Panama, qed jiżbalja. 

Fi stqarrija l-PN qal li jidher Konrad Mizzi quddiem il-Parlament Ewropew mhux biżżejjed u ħadd mhu se jimpressjona ruħu. 

Saħaq li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu, b’mod immedjat, jordna liċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, kif ukoll lil Brian Tonna u lil Karl Cini biex jaċċettaw l-istedina tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Panama Papers u jagħtu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsirulhom.Spjega li Brian Tonna u Karl Cini jafu ta’ min hi t-tielet kumpanija, Egrant, u għaldaqstant ma jistgħux ma jidhrux quddiem il-Kumitat. 

Żied jgħid li min-naħa tiegħu Konrad Mizzi għandu jwieġeb għal għemilu u mhux idur bil-kliem kif għamel fi Brussell. 

Qal li għandu jgħid ċar jekk il-kumpanija tiegħu għadhiex miftuħa u minn fejn kien se jġib miljun ewro f’commissions fis-sena. 

Saħaq li Konrad Mizzi għandu jgħid ukoll jekk għandux kumpaniji jew kontijiet oħra f’pajjiżi oħra apparti l-Panama. 

Temm jgħid li l-poplu kollu qed jistenna li l-klikka ta’ Joseph Muscat tagħti rendikont ta’ għemilha quddiem il-Kumitat tal-Parlament Ewropew nhar it-Tnejn u jekk jonqsu milli jagħmlu dan, se jkun il-poplu li jagħti l-ġudizzju tiegħu fl-elezzjoni ġenerali.