Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

L-ispirtu ta’ ħbiberija u għaqda fl-aqwa tiegħu fil-BOV

Karl  Wright  -  17/02/17 05:47 PM

Make our Heart Grow Bigger hija l-kampanja li tnediet fil-Bank kollu fi sforz biex l-impjegati tal-BOV jiġu mħeġġa jikkontribwixxu għall-BOV Employee Welfare Fund.

Ray Debattista, Eżekuttiv tar-Riżorsi Umani spjega li, “Bħala wieħed mill-akbar impjegaturi f’Malta, it-twaqqif tal-Employee Welfare Fund kienet inizjattiva naturali għalina fil-Bank of Valletta. Kull sena l-Bank iwarrab somma għal dan il-Fond, li permezz tiegħu nagħtu l-appoġġ tagħna lill-impjegati u lid-dipendenti tagħhom li jkunu jeħtieġu trattament mediku f’Malta jew barra l-pajjiż.”

Huwa kompla jispjega li kull każ jiġi evalwat fuq il-merti tiegħu stess minn kumitat dedikat, immexxi mit-taqsima tar-Riżorsi Umani. Minbarra l-kontribuzzjoni finanzjarja, l-impjegati jistgħu jagħtu wkoll donazzjoni ta’ sigħat mill-intitolament tal-leave tagħhom, biex jgħinu lill-kollegi tagħhom fil-bżonn. Dan huwa bafer addizzjonali għad-diversi poloz u benefiċċji tas-saħħa offruti mill-Bank.

Il-kampanja Make our Heart Grow Bigger tfittex li tinkoraġġixxi lill-forza tax-xogħol tal-Bank, li tammonta għal aktar minn 1,500 ħaddiem u ħaddiema, biex jagħmlu impenn minimu fix-xahar ta’ €1 mis-salarju tagħhom lejn dan il-Fond.

L-impjegati li għażlu li jkunu rreġistrati f’din l-iskema jew li żiedu l-impenn fix-xahar tagħhom irċevew rigal ħelu għal Jum San Valentinu.