Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

Mhux ċar jekk il-vittmi ta' karozza bomba rċivewx theddid qabel

Alvin  Vassallo  -  17/02/17 01:32 PM

Mhux ċar jekk il-vittmi ta' karozza bomba rċivewx theddid qabel. Dan hekk kif kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-vittmi qatt ma rapportaw li kienu qed jiġu mhedda.

Madankollu sorsi qrib il-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-vittmi kienu ġieli rrapurtaw theddid ta’ bombi qabel ma nħasditilhom ħajjithom.

Il-kelliem għall-Pulizija qal li s-sena l-oħra l-Pulizija rċeviet 21 rapport minn persuni differenti ta’ theddid ta’ bombi.

Spjega li r-rapporti kienu jvarjaw bejn theddid ta’ bombi fil-Qorti, f’residenzi privati, fi skejjel u f’karozzi.

Fl-aħħar ta’ Jannar Victor Calleja tilef ħajtu wara li l-karozza li kien fiha splodiet metri 'l bogħod mill-uffiċċju ewlieni tal-MaltaPost fil-Marsa. 

Filwaqt li s-sena l-oħra kien hemm tlieta każi oħra simili ta’ karozza bomba.