Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Vann jidħol f'folla nies f'Barċellona; diversi midruba

"Mhux vera li qed indaħħlu nies mingħajr kwalifiċi" - Vitals Global Healthcare

Matthew Borg  -  17/02/17 04:07 PM

Il-Vitals Global Healthcare (VGH), li taħtha jaqgħu L-Isptar ta’ San Luqa, l-Isptar Karin Grech, u dak Ġenerali ta’ Għawdex, saħqet li mhuwa veru xejn li qed timpjega ħaddiema mingħajr il-kwalifiċi neċessarji, u qalet li hi disposta dejjem biex titkellem mal-unjins fil-qasam tas-saħħa.

Sostniet li kull min jidħol jaħdem fl-isptarijiet li tieħu ħsieb mhux biss irid ikollu dak kollu meħtieġ biex jopera f’xogħlu, iżda jrid ukoll ikun irreġistrat ma’ kunsilli regulatorji responsabbli u bordijiet speċjalizzati, kif stipulat mill-Gvern.

Il-VGH ħarġet din l-istqarrija bi tweġiba għal dak li ddikjarat l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) aktar kmieni dil-ġimgħa dwar speċjalisti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qed jiddaħħlu jaħdmu mingħajr ma jiġu segwiti regolamenti kif maqbula fil-ftehim kollettiv.

Kompliet billi rrimarkat li dan l-aġir huwa wieħed distruttiv u ma jagħmilx ġid lir-relazzjoni li għandu jkun hemm bejn il-kumpanija privata u l-unjins rispettivi. L-aktar għax l-unjin li tkellmet b’dal-mod tisħaq li qiegħda hemm biex tgħaqqad lill-partijiet rispettivi f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur tas-saħħa.

Il-kumpanija temmet l-istqarrija tagħha billi fakkret fl-investiment ta’ €2 miljuni fi grad ġdid tan-nursing mal-MCAST.