Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Żewġ anzjani gravi wara li ttajru viċin Mater Dei   |  "Ma nistgħux nużaw il-liġi mingħajr sens ta' ġustizzja soċjali" - Neil Falzon   |  Awdjo: "Nittama li dan kien preċedent li kulħadd tgħallem minnu" - Il-President   |  Donald Trump jerġa' jattakka l-midja Amerikana

Miftuħa t-tieni sejħa għal proġetti taħt il-programm Interreg Med

Lara Michelle Camilleri  -  17/02/17 07:19 PM

It-tieni sejħa għal proposti ta’ proġett taħt il-programm Interreg Med tinsab miftuħa.

Fi stqarrija maħruġa mill-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, intqal li l-programm Interreg Med 2014-2020 se jgawdi minn €65 miljun f’fondi.

It-temi marbuta ma’ dan il-programm huma l-innovazzjoni, l-effiċjenza fl-enerġija u l-ambjent.

Barra minn hekk it-tip ta’ proposti li jistgħu jiġi sottomessi jistgħu jikkonsistu minn Single Modules (Capitalising jew Testing) jew Integrated Modules (Studying, Testing  u Capitalising).

Korpi pubbliċi, entitajiet privati, organizzazzjonijiet internazzjonali taħt il-liġi nazzjonali, ċentri ta’ riċerka, assoċjazzjonijiet, kmamar u istituzzjonijiet edukattivi huma kollha eliġibbli biex jipparteċipaw.

Kull min hu interessat jista’ jissottometti l-proġett tiegħu sal-Ġimgħa 31 ta’ Marzu.

Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jaċċessa s-sit.