Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Skopri l-ikel u x-xorb fil-karrijiet tal-karnival

Alvin  Vassallo  -  17/02/17 07:08 PM

Ħafna jgħidu li l-Maltin iħobbu żaqqhom u għal kull avveniment hemm tip ta’ ikel marbuta miegħu.

Fil-karnival jispikka l-ispirtu eċċessiv tad-divertiment u ma jistax jonqos li jispikka l-ikel u x-xorb.

Il-kukkanja u l-prinjolata huma żewġ tradizzjonijiet marbuta mal-karnival, li b’xi mod ipattu għaċ-ċaħda u l-penitenza tar-Randan.

L-ikel fil-Karnival ma baqax jagħti biss togħma tajba iżda beda jagħti diversi messaġġi u tifsiriet. Dan hekk kif l-ikel ħa tifsira soċjali u kulturali differenti meta dan beda jintuża bħala tema fil-karrijiet tal-karnival.

Heritage Malta se torganizza taħdita sabiex tesplora numru ta’ xbiehat u ritratti li jiġbru fihom dawn il-messaġġi u tifsiriet assoċjati mal-ikel fil-karrijiet tal-karnival.

Id-diskussjoni se tiffoka mal-fatt li l-Karnival ħafna drabi offra kuntest laxk iżda ideali li fih jintużaw simboli u rappreżentazzjonijiet li jintbagħtu messaġġi, lil hinn mill-Karnival, b’mod aktar b’saħħtu mill-metodi konvenzjonali.

It-taħdita dwar l-ikel, ix-xorb u l-karrijiet tal-karnival se ssir bl-Ingliż minn Dr Noel Buttigieg, u se ssir fil-Palazz tal-Inkwiżitur u Mużew Nazzjonali tal-Etnografija fil-Birgu, nhar il-Ħamis 23 ta’ Frar 2017.

L-attivitá tibda fis-7.00pm u d-dħul huwa b’xejn.

Dawk li jixtiequ jċemplu għandhom jċemplu fuq 21827006 sabiex jirriservaw post jew sabiex jistaqsu għal aktar tagħrif.