Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Ritratti: Jinstab raġel mejjet f'appartament fl-Imsida   |  Droga u politiċi: Jittawwal iż-żmien tal-inkjesta   |  Identifikata l-koppja barranija li allegatament ġibdet ritratti lit-tfal   |  Attakk Terroristiku Londra: Identifikat l-aggressur   |  

Jisplodilha l-iPhone 7 Plus

Leon  Xuereb  -  24/02/17 03:16 PM

Jekk il-kumpanijia tat-teknoloġija tgħallmu xi ħaġa mill-każijiet tal-mudelli ċellulari Galaxy Note 7 li ħadu n-nar kien li aċċidenti li jipperikolaw is-saħħa u sigurtà ta’ individwu iħammġu l-isem ta’ kumpanija anke jekk din tkun stabbilita.

Kien minħabba dan li l-kumpanija Apple ikkuntattjat mill-ewwel lill-klijenta li allegatament splodielha l-iPhone 7 Plus li ma kienetx ilha li xtrat.

Brianna Olivas minn Arizona fl-Istati Uniti qalet li l-iPhone 7 Plus li xtrat Jannar li għadda sploda nhar l-Erbgħa u wara ftit beda ħiereġ d-duħħan minnu.

Olivas qalet li l-jum ta’ qabel l-mowbajl ma bediex jixgħel. Kien għalhekk li marret għand l-Apple Store tal-lokalità tagħha fejn wara li għamlulu xi testijiet it-tekniċi tal-ħanut qalulha li l-mudell tagħha ma kellu xejn ħażin.

Żiedet tgħid li l-Erbgħa filgħodu kienet rieqda bil-mowbajl jiċċarġja ħdejn rasha fuq il-komodina meta f’salt daħal jiġri l-għarus tagħha għax semgħa ħoss stramb, ra l-mowbajl idaħħan u tefgħu fil-kamra tal-banju.

Brianna qalet li eżatt kif l-għarus tagħha tefa’ l-mowbajl fil-kamra tal-banju dan sploda u beda ħiereġ ħafna duħħan mill-ġenb.

Kelliem għal Apple qal li l-kumpanija qed tinvestiga l-każ b’serjetà kbira.

Kien hemm dubju li l-inċident kien ikkaġunat għax il-mowbajl ma kienx qed jiġi iċċarġjat minn charger oriġinali tal-Apple, imma Brianna qalet li hi dejjem tuża prodotti oriġinali tal-kumpanija, inkluż iċ-charger li kienet qed tuża fil-ħin tal-inċident.